Iċ-champions Ewropej Liverpool bdew id-difiża tat-titlu tagħhom b’telfa ta’ 0-2 fi Stadio San paolo kontra Napoli. F’logħbiet oħra Inter kellhom jistennew sal-ħin barrani biex kisbu draw f’San Siro kontra Slavia Praga, filwaqt li Chelsea tilfu kontra Valencia fi Stamford Bridge.
Draw ta’ mingħajr gowls fil-logħba mistennija bejn Borussia Dortmund u Barcelona, filwaqt li kellhom xalata ta’ gowls Salzburg kontra l-Belġjani Genk.
Grupp E – Napoli bdew b’rebħa kontra Liverpool grazzi għal żewġ gowls fl-aħħar ħinijiet tal-logħba.
Napoli kienu aħjar fl-ewwel taqsima iżda fit-tieni waħda Liverpool iddominaw iżda fl-aqwa ħinijiet tagħhom wasal il-penalty għal fawl dubjuż fuq Callejon, li minn Mertens ma żbaljax. Fl-aħħr sekondi kien is-sostitu Llorente li ħaraf żball tad-difiża tar-Reds u għalaq il-logħba.
Fil-logħba l-oħra mill-Grupp rebħa ta’ 6-2 minn Salzburg b’Haland jiskorja hat-trick.
Grupp F – Inter kienu dominati f’darhom minn Slavia Praga li kellhom prestazzjoni impressjonanti.
Għal Inter jiskeb id-draw Barella fit-92 minuta, u fit-98 minuta kien il-goalkeeper ta’ Slavia li ċaħħad lil Lukaku minn rebħa drammatika.
Il-konfront l-ieħor tal-grupp kien ferm mistenni bejn Dortmund u Barcelona iżda din il-logħba ma pproduċiet l-ebda gowl. F’din il-logħba l-goalkeeper ta’ Barcelona Ter Stegen kien protagonista meta salva anki penalty.
Grupp G – Bidu tajjeb għal-leaders tal-Bundesliga Leipzig li rebħu 2-1 f’Lisbona kontra Benfica. Għal Leipzig doppjetta ta’ Timo Werner fit-tieni taqsima
Fil-logħba l-oħra draw ta’ 1-1 bejn Lyon u Zenit bilgowl tad-draw tal-Franċiżi jasal minn penalty ta’ Memphis Depay kmieni fit-tieni taqsima.
Grupp H – Fi Stamford Bridge diżappunt kbir għal Chelsea li kienu megħluba minn Valencia, riżultat li jista’ jiswa l-eliminazzjoni għat-tim ta’ Lampard. Chelsea setgħu salvaw il-logħba iżda Barkley falla penalty.
Il-gowl rebbieħ ta’ Valencia kien skorjat minn Rodrigo kwarta mit-tmiem.
Ajax għamlu l-parti tagħhom u fil-Johan Cruyff Arena għelbu lil Lille 3-0.
Għal Ajax gowl ta’ Promes fl-ewwel taqsima u oħrajn ta’ Alvarez u Tagliafico fl-ewwel nofs tat-tieni taqsima