Internazzjonali

Nar fi skola fil-Liberja jħalli bosta tfal mejta

Mill-inqas 23 tifel u tifla nqatlu f’nar fi skola qrib il-kapitali tal-Liberja, Monrovia.

In-nar huwa maħsub li beda fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu, meta studenti tal-iskola kienu reqdin f’bini mwaħħal ma’ moskea.

Il-pulizija għadhom qed ifittxu katavri fil-fdalijiet tal-bini. Dan filwaqt li diġà ttieħdu xi katavri ‘l bogħod mix-xena bil-funeral tagħhom mistenni jkun illum wara nofsinhar.