Il-Ħadd li għadda, il-Karting Club Malta organizzat il-ħames u l-aħħar rawnd tal-kampjonat nazzjonali, b’total ta’ 20 sewwieq jikkompetu f’diversi klassijiet. It-triatleta u ambaxxatur ta’ SportMalta Jake Vella, kien il-mistieden speċjali tal-Karting Club Malta biex jippreżenta t-trofej lir-rebbieħa. It-tlielaq kienu mmexxija minn Dario Anastasi, Adrian Figallo, Timmy Zammit u Charlene Bartolo.
Zach Scicluna rebaħ il-klassi Baby Kart u Isaac Micallef ħareġ rebbieħ fil-klassi 125 TAG. Luke Abela rebaħ il-klassi Mini TAG segwit minn Jacob u Kyle Micaallef filwaqt li John Agius rebaħ il-klassi Iame X30 segwit minn Brandon Pullicino u Jake Bianco.
Kyle Mercieca rebaħ il-klassi Rotax Max segwit minn Salvatore Toscano u Jake Agius rispettivament. Iżda l-kampjonat intrebaħ minn Toscano, b’Nicky Gauci u Kyle Mercieca jsegwu. B’hekk Toscano se jkun jirrappreżenta lil Malta fil-finali tar-Rotax Max li se ssir fl-Italja x-xahar id-dieħel.
//= $special ?>