Lokali

Patri Deo Debono jitneħħa minn Kappillan b’ordni mill-Arċisqof

Jitneħħa minn Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta, il-Patri li gabruh il-Pulizija b’rabta mas-serqa ta’ pitturi mill-Kunvent ta’ Santu Wistin.

L-Arċisqof Charles Scicluna waqqaf lill-Patri Deo Debono milli jipprattika d-dmirijiet Saċerdotali sakemm jitlestew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija kif ukoll kull proċedura fil-Qrati

L-Arċisqof ħa din id-deċiżjoni bi qbil mal-Provinċjal tal-Patrijiet Agostinjani Patri Leslie Gatt. Mons Scicluna ħa din id-deċiżjoni b’rabta mal-allegazzjonijiet li ġew irrappurtati fil-media fil-konfront tal-istess patri.