Internazzjonali

Se jippreżentaw “evidenza”

Il-gvern Sawdi qed jipprepara biex jippreżenta “evidenza materjali” li tikkonferma l-involviment Iranjan fl-attakk ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet fuq żewġ impjanti kbar tal-produzzjoni taż-żejt fl-Arabja Sawdita.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-kapitali Riyadh, kelliem għall-Ministeru tad-Difiża Sawdi ppreżenta l-armi Iranjani biex jissostanzja l-argument li l-Iran kien responsabbli għall-attakk.

Dan il-Ministeru ddikjara li se jkun qed iħabbar r-riżultati finali tal-investigazzjoni b’evidenza cara.

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo se jasal fil-belt Sawdita ta’ Jeddah fis-sigħat li ġejjin, fejn se jsejjah konferenza tal-aħbarijiet mal-Ministru tal-affarijiet barranin Sawdi.

Huwa mistenni jipprovdi aktar dettallji dwar ir-raġuni għaliex il-gvern Amerikan jemmen li l-Iran kien responsabbli għall-attakk.