Basketball Sport

Stephen Curry mistenni jifforma parti mit-tim Amerikan fl-Olimpjadi tas-sena d-dieħla

Il-plejer ta’ Golden State Warriors Stephen Curry qed jippjana li jkun parti mit-tim nazzjonali Amerikan waqt l-Olimpjadi tas-sena d-dieħla f’Tokyo. L-Istati Uniti għadha kemm ġejja minn Tazza tad-Dinja diżappuntanti fejn spiċċat fis-seba’ post.

L-Amerikani rebħu 58 logħba konsekuttiva f’kompetizzjonijiet tal-FIBA u fl-Olimpjadi iżda spiċċaw mingħajr midalja tad-deheb għall-ewwel darba mill-2006. Curry kien parti minn żewġ timijiet fit-Tazza tad-Dinja iżda għadu jrid jikkompeti fl-Olimpjadi.

L-Istati Uniti kellhom jgħaddu mingħajr diversi plejers mill-NBA li qabel it-tournament għażlu li ma jkunux parti mit-tim fit-tournament. Mill-35 plejer fil-lista, kienu biss Kemba Walker, Khris Middleton, Harrison Barnes u Myles Turner li kienu parti mit-tim.