Id-difensur ta’ Manchester United Victor Lindelof ġedded il-kuntratt mal-klabb sa Ġunju tal-2024, bil-plejer għandu l-għażla li jġedded il-kuntratt b’sena oħra. Lindelof li ngħaqad mar-Red Devils mingħand Benfica fis-sajf ta’ sentejn ilu għal madwar €35 miljun, sa issa lagħab 74 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha.
Fl-ewwel kummenti tiegħu, Lindelof qal li minn meta ngħaqad ma’ Manchester United, ħassu qisu qiegħed id-dar. Hu kompla li fl-aħħar sentejn kiber ħafna bħala plejer u persuna u jinsab grat lejn kull min għenu u tah is-sapport. “Għadni żgħir u naf li rrid nitjieb imma bl-għajnuna tal-manager u l-istaff tekniku tiegħu, nemmen li affarijiet sbieħ biss ġejjin għal dan il-klabb.
Kemm fl-istaġun li għadda kif ukoll f’dan l-istaġun, Lindelof qed ikun plejer regolari fil-qalba tad-difiża u dan l-istaġun qed jifforma l-koppja mal-akkwist il-ġdid tal-klabb Harry Maguire. Din l-aħbar issegwi dik ta’ David de Gea li ġedded il-kuntratt aktar kmieni din il-ġimgħa.
//= $special ?>