Luttu fi ħdan l-ambjent ‘offshore’ wara traġedja li seħħet f’Venzja fejn miet is-sewwieq Fabio Buzzi ta’ 76 sena, meqjus bħala wieħed mis-sewwieqa ewlenin f’dan l-isport.
Buzzi kien qed jipprova jikser ir-record tiegħu stess miksub fl-2016 fuq id-distanza bejn MonteCarlo u Venezja fuq medda ta’ 1,300 mil.
L-impatt li wassal għat-traġedja seħħ meta l-powerboat ta’ Buzzi ħabtet ma’ waħda mill-blokki f’Sabbioni ‘lil hinn mill-Lido ta’ Venezja.
Mad-daqqa, flimkien ma’ Buzzi mietu wkoll Luca Nicolini u Eric Hoorn li kienu, fil-powerboat filwaqt li Mario Invernizzi inbeżaq mid-dgħajsa mal-impatt mal-blokka.
Snin ilu Invernizzi kien għamel rekord madwar Malta bil-powerboat tiegħu. Fabio Buzzi meqjus bħala l-aktar sewwieq ta’ esperjenza fid-dinja tal-offshore, ilu attiv mill-1960 fejn ħa sehem fi 52 Kampjonat tad-Dinja, 22 Kampjonat tal-Ewropa, 27 fl-Italja kif wkoll kiser xejn anqas minn 40 rekord.
L-aħħar record li kiseb kien f’Como b’veloċita’ ta’ 277.5 mil fis-siegħa b’magna diesel.