Wieħed minn żewġ piloti li kienu kostretti jaqbżu minn ajruplan F-16 tal-qawwiet tal-ajru Belġjani spiċċa mwaħħal mal-linji tal-elettriku ta’ voltaġġ qawwi qrib ta’ Lorient, fi Franza.
Il-pilota, intant, kien salvat minn din is-sitwazzjoni prekarja wara intervent f’waqtu u bl-awtoritajiet jikkonfermaw li hu jinsab ‘f’kundizzjoni tajba’
L-ajruplan inkwistjoni kien iġġarraf viċin Pluvigner, lejn il-lvant tal-pajjiż u wara li l-piloti kienu użaw l-ejector seat biex isalvaw ħajjithom waqt l-emerġenza.
Il-pilota l-ieħor ukoll ġie rappurtat ‘qawwi u sħiħ’, b’dan isir magħruf qabel il-proċess delikat biex jitniżżel il-pilota sieħbu li kien weħel bil-paraxut ma’ cable (b’vultaġġ massimu ta’ 250,000) viċin arblu twil tal-elettriku.
Mhux mifhum li l-ajruplan inkwistjoni kien qed iġorr l-armamenti waqt it-titjira.
//= $special ?>