Lokali

Ħaddiem fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn ħadid

Ħaddiem jinsab fil-periklu tal-mewt hekk kif waqa’ fuq numru ta’ ħadid waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’fabbrika.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 2.30pm meta għal xi raġuni l-ħaddiem, Libjan ta’ 26 sena residenti San Ġwann indarab b’dan il-ħadid ġewwa l-fabbrika li tinsab fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħadu lil vittma l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.