Lokali

Il-Ħadd li ġej: Bikers 4 Puttinu u Blue Light Foundation

Il-Poster uffiċjali tal-attivita'
FILMAT: Motors MT/Michael Farrugia/Arkivji

Għal min hu dilettant tal-muturi u jixtieq jgħin kawża ġusta, il-Ħadd filgħodu se ssir attivita’ li tolqot it-tnejn.

Dan hekk kif l-għaqda Free Hoggers Malta se torganizza dawra bil-muturi b’risq Puttinu Cares u Simon Schembri Blue Light Foundation.

Geoffrey Pulis, wieħed mill-organizzaturi jispjega ir-rotta li se titlaq mill-parkeġġ tal-luxol għall-ħabta tal-10.30 a.m.

Id-dawra tispiċċa fil-parkeġġ quddiem l-istabbiliment Tigullio fejn se jsir programm ta’ divertiment. Geoffrey Pulis qal ukoll li donazzjonijiet se jinġabru kemm fil-bidu kif ukoll fi tmiem id-dawra.

Sa issa, hemm madwar 270 sewwieq li rreġistraw biex imorru għad-dawra. Geoffrey Pulis radd ħajr ukoll lil diversi sponsors li qed jgħinu l-attivita’, kemm permezz ta’ donazzjonijiet diretti kif ukoll bħala premijiet u materjal ieħor.

Puttinu  Cares tgħin lil persuni milquta minn mard serju u l-familji tagħhom billi toffri akkomodazzjoni mingħajr ħlas għall-morda u l-qraba tagħhom biex jibqgħu qribhom waqt it-trattament barra mill-pajjiż

Simon Schembri Blue Light Foundation twaqqfet minn Simon Schembri – Kuntistabbli tal-Pulizija li weġġa’ serjament waqt il-qadi ta’ dmirijietu – bil-għan li toffri appoġġ psikoloġiku u finanzjarju lil membri tal-korpi dixxiplinati li jkunu nvoluti f’inċidenti serji waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.