Wara s-suċċess tal-ewwel ġurnata tal-attivitajiet priċipali tal-55 sena mill-kisba tal-Indipendenza, quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, illum ikomplu l-attivitajiet.
Fis-7:30PM il-Kap tal-PN, Adrian Delia ser ikun intervitat minn Saviour Balzan editur ta’ Media Today b’xandira LIVE fuq Facebook.

Fit-8:30PM jibda l-Konkors Kanzunetta Indipendenza, LIVE fuq NET Television, bi preżentazzjoni ta’ Charles Saliba u Christine Amaira. Konkors li fih 20 kantant u kantanta ser ikunu qed jimmiraw li jirbħu dan it-titlu prestiġjuż fix-xena lokali mużikali. L-20 kanzunetta huma kollha oriġinali u miktubin bil-Malti.

Apparti dan, l-istands tal-ikel u x-xorb ser jerġgħu ikunu miftuħin b’għażla varjata ta’ minn fejn wieħed jista’ jagħżel.
Bla dubju, xi ħaġa għal kulħadd u għall-famlija kollha.
