Tħabret il-mewt tal-ex President Tuneżin Zine el-Abidine Ben Ali fl-età ta 83 sena waqt li kien eżiljat fl-Arabja Sawdija.
Ben Ali kien mexxa l-pajjiż għal 23 sena sħaħ u kien meqjus bħala l-bniedem li ġab stabbilità u tisħiħ ekonomiku fit-Tuneżija.
Madanakollu lura fl-2011 kien irċieva baraxx ta kritika dwar il-liberta tal-espressjoni u korruzzjoni fejn kollox laħaq il-qofol hekk kif kien ordna l-qatla ta’ numru ta’ dimostranti waqt ir-Rebbiegħa Għarbija.
Konsegwenza t’hekk kien ġie kkundannat għal għoxrin sena priġunerija madanakollu laħaq ħarab lejn l-Arabja Sawdija.
//= $special ?>