Laura Codruta Kovesi, l-eks uffiċjal ewlieni għal kontra l-korruzzjoni fir-Rumanija, qed tistenna biex tilħaq bħala l-Ogħla Prosekutur tal-UE — minkejja l-oppożizzjoni min-naħa tal-Gvern tagħha stess.
Kovesi kisbet l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Istati-membri biex tmexxi l-Uffiċċju (ġdid) tal-Prosekutur Pubbliku tal-Ewropa. Intant, il-konferma tal-kariga ġdida mistennija tkun ikkonfermata ftit ġimgħat oħra u wara vot relevanti fil-Kunsill Ewropew.
Laura Kovesi, li għandha 46 sena, kienet qanqlet l-għadab tal-klassi politika fir-Rumanija waqt li kienet qed tmexxi lid-Direttorat għal Kontra l-Korruzzjoni f’Bucharest.
Mindu hi ħadet din ir-responsabbiltà, fl-2013, ir-rata tal-imputati kundannati kienet żdiedet bil-kbir fir-Rumanija, li hi fost l-aktar Stati korrotti fl-Unjoni Ewropea. Intant, il-Gvern Rumen kien keċċa lil Kovesi mill-kariga f’Lulju tas-sena l-oħra.
//= $special ?>