Anke l-midja internazzjonali issa qed titkellem dwar l-iskandlu li fih hu involut l-eks Kappillan tal-Knisja ta’ Santu Wistin, Deo Debono.
Fl-Italja, il-Blitz Quotidiano jirrakkonta kif Debono jinsab akkużat b’kompliċita biex jinsterqu għexieren ta’ oġġetti sagri u ta’ valur.
L-akkużi serji kontra Debono, li mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin, wassal biex mhux biss ikun sospiż mid-doveri tiegħu bħala qassis, imma wkoll ikkawża s-sospensjoni tal-festa.
Il-każ kien rappurtat ukoll fuq is-sit The World News, u saħansitra fuq l-ANSA li b’artikli b’diversi lingwi wasslet din l-aħbar mal-erbat irjieħ tad-dinja.
//= $special ?>