Lokali Saħħa

It-tniġġis fl-arja jaffetwa anke lit-tarbija fil-ġuf

Studju ppubblikat minn Nature Research jikkonferma li l-partiċelli tat-tniġġis tal-arja kapaċi jidħlu fil-parti tal-placenta illi titma lit-tarbija fil-ġuf.

L-esperti qed iqisu dan l-istudju bħala l-ewwel stadju li permezz tiegħu qed ikun konfermat għaliex fl-aħħar snin rajna żieda fir-riskji ta’ korriment u każijiet ta’ ħlas kmieni.

Biex waslu għall-konklużjonijiet tagħhom, ir-riċerkaturi analizzaw ritratti ta’ diversi trabi fil-ġuf, fejn sabu traċċi ta’ karbonju. F’ħafna minn dawn il-każi, l-ommijiet kienu jgħixu qrib toroq arterjali fejn jgħaddi ħafna traffiku.

Ir-rappurtaġġ fil-media internazzjonali

Dan l-istħarriġ li ġie ppubblikat din il-ġimgħa jixħet ukoll dawl fuq ir-realtajiet ta’ pajjiżna, u żgur li se jkun allarm għat-tobba Maltin li jaħdmu fil-qrib mal-ommijiet waqt it-tqala tagħhom.