L-Istati Uniti, l-Arabja Sawdija u pajjiżi oħra tal-Golf qed jinvolvu ruħhom f’taħditiet dwar ‘ir-reazzjoni potenzjali’ għall-attakki ta’ jiem ilu fuq il-faċilitajiet taż-żejt fit-territorju Sawdi u meta l-Iran qed ikun akkużat bħala l-aggressur.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Mike Pompeo, kellu laqgħat, f’Jeddah, mal-Prinċep Sawdi Mohammed bin Salman waqt li fisser l-attakki bħala ‘att ta’ gwerra diretta’ fuq l-Arabja Sawdija.
Filwaqt li l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, qal li ‘hemm għażliet oħra aktar milli gwerra mal-Iran’, Pompeo sostna li l-attakki – li naqqsu bin-nofs il-produzzjoni taż-żejt mill-Arabja Sawdija – ‘jammontaw għal aggressjoni fuq skala li ħadd ma kien ra qabel’.
Donald Trump ħareġ direttivi biex jiżdiedu s-sanzjonijiet fuq l-Iran waqt li l-ambaxxatur Sawdi għall-Ġermanja qal li ‘l-għażliet kollha jinsabu fuq il-mejda f’dawn iċ-ċirkustanzi’ u li ‘dawn (l-għażliet) iridu jkunu diskussi bir-reqqa.
L-Arabja Sawdija, f’nofs il-ġimgħa, ippreżentat il-fdalijiet ta’ 25 ‘drone u missili li ntużaw fl-attakki’ bħala ‘provi rrifjutabbli tal-aggressjoni mill-Iran’. Is-Sawdi qalu wkoll li l-attakki fuq il-faċilitajiet ‘għandhom jeżaminaw ir-rieda tad-dinja’ f’din sitwazzjoni allarmanti.’
//= $special ?>