Il-Kunsill tal-Ewropa qed jitlob b’urġenza lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex iwaqqa’ il-libelli li għandu kontra l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.
Bħalissa hemm miftuħin 30 libell kontra l-ġurnalista li nqatlet b’karozza bomba lura f’Ottubru tal-2017.
Il-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa saħaq li dawn il-libelli qed iqajmu tħassib filwaqt li jtelfu s-sigurtà tal-libertà tal-midja u lis-saltna tad-dritt.
Imma minkejja din it-talba, Muscat qed jibqa’ jimpika u ġab skuża li jrid li ssir kawża ġusta.
Iżda dan mhux kollox. Hu kompla jgħid li lest biss li jwaqqa’ il-libelli li għandu meta l-familja ta’ Caruana Galizia tagħmel dikjarazzjoni li taċċetta dak li nstab fl-Inkjesta ta’ Egrant.
L-ittra li ntbagħtet lil Muscat mill-Kunsill tal-Ewropa hi biss l-iktar riċenti minn sensiela ta’ kritika indirizzata lejn in-nuqqas ta’ governanza f’pajjiżna u l-mod kif qed timxi l-investigazzjoni fil-qtil ta’ ġurnalista Caruana Galizia.
Għal dawn l-aħħar xhur, Muscat kien taħt pressjoni biex jippublika l-inkjesta tal-assassinju u biex issir investigazzjoni pubblika. Iżda minkejja li l-Ħamis li ġej huwa l-aħħar ġurnata meta jista’ għamel dan, s’issa għadu xejn ma sar.
Tliet irġiel s’issa huma akkużati li wettqu l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, iżda l-moħħ wara dan għadu mhux magħruf.
//= $special ?>