Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed iħawwel 55 siġra f’din il-ġimgħa importanti li fiha qed jiċċelebra l-festi tal-Indipendenza – fuq kollox, messaġġ qawwi favur l-ambjent.
Dalgħodu l-Kap tal-PN Adrian Delia flimkien mal-amministrazzjoni, membri tal-fergħat u ħaddiema ta’ Net TV, ħawwlu dawn is-siġar f’Wied Ghollieqa, li hu post mill-isbaħ biswit l-Universita`, amministrat minn Nature Trust.
Net News ha l-kummenti ta’ Oriana Balzan li tieħu ħsieb l-immaniġjar ta’ din iz-zona, u li magħna tkellmet dwar l-effett tat-tqaċċit tas-siġar
Adrian Delia minn naħa tiegħu stqarr illi filwaqt li f’pajjiżna għaddej massakru ta’ siġar, il-PN ried jgħaddi messaġġ ta’ determinazzjoni favur l-ambjent.
Adrian Delia tenna li huwa fatt mill-aktar pożittiv meta jara li ħafna diġa’ qed jsemmgħu leħinhom b’saħħa favur l-ambjent u s-siġar.
Fost dawk li ppartecipaw f’din l-attivita’ kien hemm il-Vici Kap tal-PN David Agius, is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli, diversi deputati u kandidati tal-PN, kif ukoll żgħażagħ.
Intant, fiż-żmien i gej se jigi assigurat li dawn is-sigar ikomplu jigu ikkurati u jingħataw l-ilma li għandhom bżonn. Dan apparti li fil-post għaddej programm biex jixxetlu aktar pjanti u sigar endemiċi.


