Knisja Lokali

“L-Arċisqof żbalja wkoll” – oħt Patri Deo Debono

Patri Deo Debono

“Lill-Arċisqof ngħaddilu messaġġ minn hawn u ngħidlu li żbalja ukoll għalija, għalkemm naf li hija prassi u normali, pero’ missu ftakar li l-kappillan uman u għandu familja”.

Stqarret dan oħt Patri Deo Debono meta ftit tal-ħin ilu kissret is-silenzju tal-familja u kkummentat b’mod pubbliku fuq il-media soċjali.

Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-familja meta fil-bidu tal-ġimgħa fil-parroċċa ta’ Santu Wistin bdiet tiġri ix-xniegħa li l-kappillan kien allegatament involut fis-serqa ta’ pitturi imprezzabbli.

Oħt l-eks kappillan ma żammitx lura milli tiddefendi li ħuha. “Seta’ ġie avżat qabel biex anke ix-xokk fuqna ma kienx ikun doppju fi żmien qasir! Jien hija, għamel x’ghamel, nispera li toħroġ il-verita’ u nibqa’ ta’ sostenn għalih.”