Internazzjonali

“L-Iran kienet wara l-attakki” – l-Arabja Sawdija

L-iskart li ħareġ mill-armi li nstabu juru li l-Iran kienet wara l-attakki

Il-Ministeru tad-difiża tal-Arabja Sawdija qal li minn dak li nstab huwa ċar li l-Iran kienet involuta fit-twaqqigħ tad-Drones u kif ukoll ta’ numru ta’ missili li laqtu faċilitajiet taż-żejt.

Huwa qal li 18-il drone u seba’ missili tal-kruċieri ġew sparati minn direzzjoni li eskludiet lill-Jemen bħala s-sors ta’ dawn l-attakki.

Min-naħa tagħha l-Iran ċaħdet kull involviment u wissiet li se tirritalja kontra kull attakk li jkun fil-mira tagħha.