Lokali

“L-iskart mormi fil-baħar? Vale la pena” – Il-Ministru José Herrera

Il-Ministru tal-Ambjent Jose Herrera jinsab bejn ħaltejn dwar xi jrid eżatt mill-iskart tal-kostruzzjoni – f’mument jgħid li mhux ideali li jintefa’ fil-baħar, u fl-istess nifs jispiċċa jghid li jekk issir ħsara fil-baħar, dan xorta jkun “worth it”.

Herrera għamel dawn id-dikjarazzjonijiet meta kien qed iwieġeb domandi ta’ Net News, l-għada li l-Prim Ministru ħabbar li l-Gvern jaf imur għall-istrateġija li jibda jarmi l-iskart fil-baħar.

Il-Ministru iżda ma setax jaħbi l-fatt li din il-mossa se tagħmel ħsara ambjentali.

U irrepetiha għal aktar minn darba.

Jose Herrera bi kliemu stess wera biċ-ċar li dan kollu hu frott in-nuqqas ta’ pjanar minn naħa tal-Gvern.

Imbagħad, qalilna li se jagħmel ir-reklamazzjoni sabiex joħloq il-Coral Reefs fil-baħar.

Iżda meta pressajnih aktar, kellu jammetti li dan l-intervent se jtappan l-ambjent.