Imsejħa bħala l-“Golden Handshake” ta’ Malta, li qed toħloq problemi kbar fis-servizzi finanzjarji fir-reġjun. Is-sit ‘International Investment’ qiegħed isejjaħ dak li qed jiġri f’pajjiżna bħala xi ħaġa mhux normali u li qed torok għajnejn dawk li għandhom interess fir-reġjun ta’ madwar Malta.
Huma qalu li mill-ġdid Malta ġiet imsemmija fl-aħbarjiet internazzjonali iżda fin-negattiv.
Is-sit spjega t-tilwima bejn il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), Joseph Cuschieri u l-Uffiċjal Operattiv Reuben Fenech li wassal għal sfida legali minn Direttur tal-MFSA, u li ħalliet impatt ieħor fuq is-servizzi finanzjarji f’pajjiżna.
L-artiklu kompla jgħid li Joe Brincat, l-eks Ministru Laburista, wissa’ lill-Kap Eżekuttiv tal-MFSA, li kwalunkwe ħlas taħt il-famuża “golden handshake” huwa abbuż tal-poter u tal-fondi pubbliċi. Is-sit kompla billi qal li dan l-iskandlu ġab mistħija fuq l-amministrazzjoni tal-pajjiż u tal-gvern.
Intant Joe Brincat fuq il-midja soċjali ħabbar lu “uħud qed iwettqu l-bużullotti u jilgħabu noli b’fondi pubbliċi”, u infatti talab ukoll li jiltaqa’ mal-Awditur Ġenerali biex jgħaddilu l-informazzjoni meħtieġa fuq dan il-każ.