PSG kellhom bidu pożittiv b’rebħa importanti ta’ 3-0 kontra Real Madrid f’Parc des Princes, anki jekk kellhom lil Kylian Mbappe, Edinson Cavani u Neymar neqsin. ANGEL DI MARIA fetaħ l-iskor wara 14-il minuta b’xutt f’angolu ristrett, bl-istess ANGEL DI MARIA jirdoppja fit-33 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa. THOMAS MEUNIER issiġilla r-rebħa fil-91 minuta wara li rċieva mingħand Juan Bernat.
Minn Grupp D, Juventus tilfu vantaġġ doppju fil-Wanda Metropolitano u kellhom jikkuntentaw b’punt fi draw ta’ 2-2 kontra Atletico Madrid. JUAN CUADRADO fetaħ l-iskor fil-bidu tat-tieni taqsima b’xutt sabiħ b’saħħtu u bix-xellug ta’ JUAN CUADRADO. Huma rduppjaw fil-65 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ BLASE MATUIDI wara kross mix-xellug. Atletico Madrid daħlu fil-logħba ħames minuti wara b’daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ STEFAN SAVIC, biex fid-90 minuta HECTOR HERRERA għeleb lil Wojciech Szczesny b’daqqa ta’ ras għar-rokna.
Tottenham tilfu vantaġġ doppju fil-Greċja biex ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 kontra Olympiacos. It-tim ta’ Mauricio Pochettino mar 2-0 fil-vantaġġ, l-ewwel b’penalty ta’ HARRY KANE fis-26 minuta u b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ LUCAS MOURA erba’ minuti wara. Olympiakos daħlu fil-logħba qabel tmiem l-ewwel taqsima b’xutt djagonali mill-kaxxa ta’ DANIEL PODENCE u ġabu d-draw fil-50 minuta b’penalty ta’ MATHIEU VALBUENA.
Mill-istess grupp, Bayern Munich għelbu f’darhom lil Red Star Belgrade 3-0. KINGSLEY COMAN fetaħ l-iskor fl-34 minuta b’daqqa ta’ ras wara kross ta’ Ivan Perisic. Huma aċċertaw mir-rebħa lejn it-tmiem, b’gowl ta’ ROBERT LEWANDOWSKI wara żball difensiv fit-80 minuta u THOMAS MŰLLER għalaq il-logħba bit-tielet gowl fil-91 minuta.
Manchester City ukoll bdew fuq nota pożittiva fi Grupp Ċ b’rebħa ta’ 3-0 barra minn darhom kontra Shakhtar Donetsk. RIYAD MAHREZ fetaħ l-iskor wara 24 minuta minn rebound biex ILKAY GŰNDOGAN irdoppja fit-38 minuta minn qagħda ideali. GABRIEL JESUS issiġilla r-rebħa b’xutt fix-xellug fis-76 minuta.
Debutt negattiv għal Atalanta li sfaw megħluba minn Dinamo Zagreb 4-0 barra minn darhom. MARIN LEOVAC fetaħ l-iskor wara 10 minuti biex MISLAV ORSIC għamilhom 3-0 b’żewġ gowls fil-31 u t-42 minuta. L-istess MISLAV ORSIC skorja r-raba’ gowl fit-68 minuta.
Fl-unika logħba li ntemmet mingħajr gowls, Club Brugge u Galatasaray spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls. Il-Belġjani kienu mċaħħda minn penalty tliet minuti mit-tmiem wara konsultazzjoni minħabba possibbiltà li Marcao mess il-ballun b’idu fil-kaxxa.
Lokomtiv Moscow kisbu rebħa importanti fil-Ġermanja ta’ 2-1 kontra Bayer Leverkusen. GRZEGORZ KRYCHOWIAK fetaħ l-iskor wara 16-il minuta, bid-difensur Benedikt Hӧwedes ixellef fix-xibka tiegħu stess fil-25 minuta biex Leverkusen ġabu d-draw. DMITRI BARINOV skorja l-gowl tar-rebħa fis-37 minuta wara żball tal-gowlkiper.
Riżultati kollha
Grupp A: Club Brugge v Galatasaray 0-0, PSG v Real Madrid 3-0
Grupp B: Olympiacos v Tottenham 2-2, Bayern Munich v Red Star Belgrade 3-0
Grupp Ċ: Dinamo Zagreb v Atalanta 4-0, Shakhtar Donetsk v Manchester City 0-3
Grupp D: Atletico Madrid v Juventus 2-2, Bayer Leverkusen v Lokomotiv Moscow 1-2
//= $special ?>