Kultura Lokali

BIR-RITRATTI: Nathaniel Attard rebbieħ tal-KKI Junior 2019

Nathaniel Attard huwa r-rebbieħ tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior 2019 bil-kanzunetta ‘Burdati’.

Din il-kanzunetta kienet miktuba minn Emil Calleja Bayliss b’kompożizzjoni ta’ Philip Vella.

Din kienet ir-raba’ edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior li fih kienu premjati tmien kanzunetti.

Il-presentazzjonijiet lir-rebbieħa saru mis-Segretarju Generali tal-PN Clyde Puli fil-presenza tac-Chairman tal-kumitat organizattiv tal-KKI Junior , Robert Cutajar.

Fil-messaġġ tiegħu, Clyde Puli faħħar lit-talent Malti filwaqt għamel appell biex nibzgħu għal-lingwa Maltija fejn tkellem b’mod pożittiv dwar il-kanzunetti oriġinali bil-Malti li kellu dan il-konkors.

Robert Cutajar irringrazzja lil kull min ħa sehem, lil kull min għen biex dan il-konkors ittella’, kif ukoll lill-crew kollu ta’ Media.link Communications.

Il-preżentaturi tas-serata – Christine Haber u Emma Cutajar

Bi preżentazzjoni ta’ Christine Haber u Emma Cutajar, matul is-serata li xxandret live fuq NET Television u NET OnDemand ħadu sehem 20 kantant u kantanta flimkien ma’ bosta talenti oħra mix-xena lokali.

Ir-Rebbieħa tal-Premju tat-Televoting – Klara Vassallo u Jade Marie Muscat

Il-Premju tat-Televoting intrebaħ minn Klara Vassallo u Jade Marie Muscat bil-kanzunetta ‘L-Indentità’ bi kliem u mużika ta’ Andrea Cassar u Elaine Vella. Fit-tieni post, ‘Flimkien’ ta’ Kaylee Cutajar  bi kliem u mużika ta’ Chan Vella u Christopher Azzopardi. Fit-tielet post, ‘Burdati’ ta’ Nathaniel Attard.

Inagħtaw ukoll premji għal żewġ kategoriji fejn l-ewwel kategorija kienet għall-kantanti ta’ bejn il-5 u 11-il sena filwaqt li t-tieni kategorija kienet għall-kantanti ta’ bejn it-12 u 15-il sena.

Kylie Ann Cassar – Rebbieħa ta’ Kategorija A

Kylie Ann Cassar rebħet Kateġorija A bil-kanzunetta ‘Jien Naf’, kliem u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas u Rita Pace. Fit-Tieni Post, ‘Naħseb B’Moħħi’ ta’ Teo Zammit , kliem u mużika ta’ Kaya u Joe Chircop. Fit-Tielet Post , il-kanzunetta ‘Ningħata’ ta’ Rihanna Azzopardi bi kliem u mużika ta’ Kaya u Paul Ellul.

Nathaniel Attard – Rebbieħ ta’ Kategorija B

L-Ewwel Post f’Kategorija B filfatt tagħha ħareġ rebbieħ l-istess Nathaniel Attard bil-kanzuneta rebbieħa tal-konkors ‘Burdati’. Fit-Tieni Post, ‘Ċafċifa’ ta’ Martina Schembri bi kliem u mużika ta’ Andrew Zahra u Emil Calleja Bayliss. Fit-Tielet Post, ‘Fuq Bandla’ kantanta minn Krista Sujak bi kliem u mużika ta’ Marco Debono u Emil Calleja Bayliss.

Ritratt: Martin Agius