Lokali

Telqa sħiħa madwar is-sur ta’ Bormla

Għal darb’oħra, il-Gvern qed juri lil poplu Malti u Għawdxi li ma tantx jimpurtah mill-gżejjer Maltin.

Dan hekk kif f’filmat li ntbagħat lil Net News jidher biċ-ċar it-telqa li hemm madwar is-sur ta’ Bormla … liema telqa ilha hekk għal snin twal.

Kif jidher fil-filmat, it-toroq ta’ madwar is-swar huma mimlija karti, plastik, u injam, fost skart ieħor. Iżda mhux dan biss. Wieħed jista’ jara l-ħaxix ħażin li tela’ u li ilu ma jitnaddaf għal xhur, jekk mhux snin sħaħ.

Dan il-passaġġ huwa wieħed minn dawk li jintużaw mill-istudenti, u b’hekk huwa evidenti l-periklu li dan l-ħmieġ qed jikkawża.

Diversi rapporti saru iżjed l-ebda azzjoni ma ttieħdet.