Bournemouth telgħu momentarjament fit-tielet post u punti ndaqs maċ-champions Manchester City wara li għelbu lil Southampton 3-1 barra minn darhom.
Id-difensur Nathan Ake poġġa lit-tim ta’ Eddie Howe fil-vantaġġ wara għaxar minuti, b’daqqa ta’ ras minn korner mil-lemin. Joshua King kien għoddu rdoppja fil-25 minuta iżda l-gowl tiegħu kien imħassar b’konsultazzjoni mal-VAR għal offside.
It-tieni gowl wasal fil-35 minuta bi kross fil-baxx mix-xellug ta’ Philip Billing isib lil Harry Wilson li skorja b’konklużjoni fil-baxx. Southampton naqqsu d-distakk fit-53 minuta b’penalty ta’ James Ward Prowse u kellu jkun Callum Wilson li għalaq il-logħba bit-tielet gowl fid-90 minuta.
//= $special ?>