Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, indirizza l-folla li nġabret għall-Mass Meeting quddiem id-Dar Ċentrali – wieħed mill-55 attività bħala parti mill-55 sena mill-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta.
Clyde Puli semma’ kif l-Indipendenza hi l-iktar anniversarju importanti ta’ pajjiżna għaliex kienet ġurnata li għamlet dak kollu li ġie wara possibbli b’aċċen għall-avveniment tal-31 ta’ Marzu 1979, għad-dħul ta’ Malta fl-Ewropa, fiż-żona Ewro u t-tkabbir turistiku li pajjiżna jgawdi minnu.
“Erġajna ltaqajna bix niċċelebraw kif għamilna sena wara sena..Mingħajr l-Indipendenza xejn ma kien ikun possibli. Festa li ċċelebrajna dejjem anke meta din tneħħiet minn festa nazzjonali minn gvern laburista.” – qal Clyde Puli
Is-Segretarju Ġenerali stqar li qed nafaċċjaw mumenti diffiċli iżda dan il-jum iċċelebrajnih xorta, b’umiltà iżda b’integrità.
Clyde Puli semma l-ħidma li kontinwament għaddejj minnha l-partit fejn bla waqfien, anke fiż-żminijiet tas-Sajf kompla jagħmel minn kollox biex iqum lura fuq saqajh bi pjan fit-tul. Kien hawnekk illi sellem lil Louis Galea u semma l-ħidma li qed issir fl-AZAD.
Clyde Puli fakkar li s-sena li għaddiet iċċlebrajna 20 sena ta’ NET Television u fakkar li s-sena d-dieħla niċċelebraw 50 sena tal-gazzetta in-Nazzjon kif ukoll 30 sena mill-ftuħ tar-radju tal-partit ftit wara. Is-Segretarju Ġenerali tkellem dwar l-investiment li sar fil-media fejn anke rringrazzja lil Pierre Prtelli tal-ħidma tiegħi fir-re-branding tal-istazzjoni.
“Fadal ħafna xi jsir pero qegħdin hemm u determinati illi li fassalna inwetquh.” – qal is-Segretarju Ġenerali tal-PN.
Clyde Puli semma kif il-partit qed ikompli jiġġedded fejn issa għandu żewġ fergħat ta’ żgħażagħ u fiż-żmien li ġej 15% tal-eżekuttiv ser ikun magħmul minn żgħażagħ. Hu semma kif bl-istess mod qed issir ħidma biex dawk li kienu jimmilitaw fil-partit jerggħu jissieħbu filwaqt li għamel aċċen għall-ħidma li saret wara bibien magħluqa flimkien mal-viċi kapijiet, u l-grupp parlamentari.
“Naħdmu favur il-pajjiż tagħna anke f’mumenti difiċli ma qadniex ingergru u ma qadniex gallarija, dħalna biex inservu u nagħmluh f’wieħed relevanti u li jista’ ibiddel il-pajjiz. L-aktar mumenti diffiċli jirrikjedu l-aktar deċiżjonijiet diffiċli” ” – kompla Clyde Puli.
Clyde Puli qal li jeħtieġ li nippreparaw ruħna tajjeb għaliex ix-xquq tal-gvern bdew jidru. Hu semma il-problemi li qed jinħolqu bil-politika tal-gvern fejn issa kulħadd qed jirrikonoxxi li hawn problema.
It-tkabbir tal-ekonomija qed joħloq pajjiż traffikuż, problemi ambjentali, l-għoli tal-ħajja qed jinħass, iż-żgħażagħ mhux jaffordjaw jixtru dar diċenti, l-ilsien ta’ pajjiżna qed jiġi kontinwament imkasbar, qal is-Segretarju Ġenerali.
Clyde Puli qal li fit-tnawwir tal-istituzzjonijiet, nuqqas ta’ pjan, ir-resoluzjoni hi l-Partit Nazzjonalista. “PN li jwassal il-vuċi tar-ruġuni u jwassal il-vuċi tas-sewwa. PN immexxi minn Adrian Delia!”
“Min se jiddefendih lill-poplu Malti jekk mhux Adrian Delia, jekk mhux il-PN, min se jiddefendi l-interess nazzonali tagħna, l-ambjent tagħna, l-ilsien tagħna, lill-ħaddiem Malti?” – qal Clyde Puli.
Is-Segretarju Ġenerali kompla li “Irridu nkunu kollha flimkien spalla ma spalla mal-Kap tal-Partit. It-triq mhux faċli pero mhux impossibli.”
Clyde Puli qali li rridu r-reżiljenza qawwija li wrew il-mexxejja tal-PN fl-aktar mumenti diffċli ta’ pajjiżna fejn fakkar li George Borg Olivier iċċelebra wara li għadda minn mumenti diffiċli fejn kien sab partit imkisser. Fakkar li Eddie Fenech Adami għadda minn mumenti diffiċli fejn saħansittra kisrulu d-dar tiegħu iżda baqa’ jaħdem u jistinka u wassal lill-Malta fl-Unjoni Ewropea.
“Illum b’wiċċi minn quddiem nitlobkom tingħaqdu magħna u ma Adrian Delia. Irridu naħdmu flimkien, nistinkaw, nissagrifikaw u ma nċedu qatt għax aħna Nazzjonalisti li nħobbu lil pajjiżna. Il-Futur jinbidel il-futur ikun sabiħ.” – għalaq jgħid Clyde Puli.
//= $special ?>