Kultura Lokali

Emma Marrone mhux ġejja Malta minħabba raġunijiet ta’ saħħa

Fuq Instagram, il-kantanta Taljana, Emma Marrone ħabbret li se tissospendi l-karriera tal-kant tagħha minħabba problemi ta’ saħħa.

Marrone pero saħqet li se tkun qed tirritorna iktar b’saħħitha minn qatt qabel pero hi se tkun qed taqbeż il-kunċert f’Malta fl-4 ta’ Ottubru minħabba problema ta’ saħħa.

Hi ma elaboratx iżda l-kantanta tkellmet fil-passat li kellha tittratta l-kanċer. Marrone kienet skedata li tidher fil-kunċert ta’ Radio Italia li se jsir fuq il-Fosos tal-Furjana fl-4 ta’ Ottubru.