Formula 1 Sport

Hamilton l-aktar veloċi fit-tieni sessjoni ta’ prattika f’Singapore

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq tal-Mercedes Lewis Hamilton u Max Verstappen tar-Red Bull iddominaw it-tieni sessjoni ta’ prattika bi preparazzjoni għall-Grand Prix ta’ Singapore. Hamilton spiċċa b’vantaġġ ta’ 0.184 sekonda qabel Verstappen.

Sebastian Vettel tal-Ferrari temm it-tielet 0.818 sekonda distakkat, b’Valtteri Bottas jagħmel ir-raba’ l-aħjar ħin iżda aktar minn sekonda wara Hamilton, b’Alexander Albon tar-Red Bull u Charles Leclerc isegwu.

L-akbar difetti ta’ Ferrari jidher li huma n-nuqqasijiet fil-kantunieri taċ-ċirkwit f’Marina Bay. L-erba’ darbiet rebbieħ Sebastian Vettel għamel l-aħħar minn serje ta’ żbalji fil-Grand Prix tal-Italja u kien anki mistoqsi dwar il-prestazzjonijiet tiegħu mal-wasla f’Singapore.