Il-Ġappun fetħet it-Tazza tad-Dinja bl-aħjar mod hekk kif għelbet lir-Russja 30-10 u anki kisbet punt żejjed. Il-protagonist kien Kotaro Matsushima li għamel tliet tries u kellu r-raba’ wieħed li ġie mħassar mill-uffiċjal responsabbli mit-teknoloġija.
Din l-ewwel Tazza tad-Dinja fl-Asja fetħet bl-aħjar mod possibbli għan-nazzjon ospitant, bil-partitarji Ġappuniżi jkunu preżenti fl-istadium tliet sigħat qabel. Ir-Russi li mhumiex il-favoriti f’Pool A, marru fil-vantaġġ wara ħames minuti bi try ta’ Kirill Golosnitskiy, try li kien l-aktar veloċi f’logħba tat-Tazza tad-Dinja. Yury Kushnarev għamel il-conversion biex għamel l-iskor 7-0.
Il-Ġappun wettqet reazzjoni immedjata fit-12-il minuta b’passaġġ intelliġenti ta’ Timothy Lafaele li qassam lejn Kotaro Matsushima li skorja min-naħa leminija. Konsegwenza ta’ dan, il-conversion kienet minn pożizzjoni angolata u t-tentattiv ma għaddiex minn bejn il-lasti.
Ir-Russi ma rnexxielhomx ikabbru l-vantaġġ minimu u Matsushima kien għoddu skorja t-tieni try sakemm kien imħassar bit-teknoloġija minħabba li naqas li jniżżel il-ballun fl-art. Iżda l-istess Ġappuniż poġġa lill-Ġappuniżi minn fuq fit-38 minuta wara li rċieva mingħand Ryoto Nakamura u ċċentra ruħu biex għamel Yu Tamura seta’ jiskorja l-conversion minn qagħda ideali u daħħal lill-Ġappun tistrieħ 12-10 minn fuq.
Penalty ta’ Tamura kmieni fit-tieni taqsima kien importanti biex il-Ġappun setgħet tikkontrolla l-logħba aħjar, liema vantaġġ kompla jikber permezz tal-flanker Pieter Labuschagne li ġera madwar 40 metru qabel għamel it-tielet try għat-tim tiegħu għal vantaġġ ta’ 20-7.
Penalty ta’ Kushnarev naqqas id-distakk għal 10 punt b’20 minuta għat-tmiem iżda penalty mid-distanza ta’ Tamura għamel l-iskor 23-10. Ir-Russi dehru għajjiena u Matsushima ħa vantaġġ biex għamel it-tielet try personali, b’Rikiya Matsuda jagħmel il-conversion. It-tim immexxi minn Jamie Joseph qed jimmira li jasal sal-kwarti tal-finali għall-ewwel darba.
//= $special ?>