Budget 2020 Lokali

Il-GRTU mħassba dwar il-pensjonijiet

Waqt laqgha f’Kastilja bejn il-GRTU u l-Gvern, Paul Abela, President tal-GRTU, tkellem dwar tnejn mid-disa’ proposti li għamlu lill-Gvern għall-budget li jmiss u li se jkun preżntat mill-Ministru tal-Finanzi fl-14 t’Ottubru.

Fost l-ohrajn, hu tkellem dwar il-problema tal-pensjonjiet fejn qal li ħafna negozjanti tul is-snin ikun mgħedija fix-xogħol u  jagħmlu l-żball li ma jarawx ezatt x’se tkun il-pensjoni tagħhom biex imbagħad jintebħu li se jkollhom pensjoni miżera ta’ €1000 fix-xahar. Pensjoni, li skont hu, mhix adegwata.

Proposta li semma Paul Ablea kienet li titnaqqas it-taxxa lin-negozji medji u titniżżel għal 20%.

Il-GRTU qed jipproponu wkoll li fil-liġi dwar in-negozji tal-familja titneħħa l-pagament tal-bolla. Proposta li l-Ministru tal-Finanzi mal-ewwel mewwet u qal li l-GRTU mhux tifhem is-sistem tat-taxxa Maltija.

Intant tul il-laqgħa, Joseph Muscat donnu biddel id-diska dwar is-surplus, u qal li rridu noqgħodu attenti meta nitkelmu fuq surplus u li jekk il-Gvern jiftaħ idejh, ma jifdalx surplus.

Minkejja dan, is-sentiment ġenerali huwa wieħed ta’ stennija għal miżuri pożittivi u żieda sostanzjali fl-għoli tal-ħajja wara li fl-aħħar xhur kelna żiediet fil-prezzijiet ta’ affarijiet bażiċi bħall-ħalib, il-ħobż, il-fuel u l-kirjiet.