Għall-ħabta tas-1pm ta’ wara nofsinhar waslu Malta t-Tribute Band ta’ Duran Duran; band li llejla se tkun qed toffri spettaklu ta’ madwar 20 kanzunetta mis-snin 80 u 90 quddiem id-Dar Ċentrali f’Tal Pietà.
Net News iltaqa’ mal-band mal-wasla tagħhom f’Malta u ħadna l-kummenti ta’ Pete Wood.
Huma se jkunu qed joffru spettaklu quddiem id-Dar Centrali bhala parti mic-celebrazzjonijiet tal-55 sena mill-Indipendenza…. fejn matul il-ġurnata lestew il-preparamenti tagħhom fuq il-palk priċipali.
L-ispettaklu jibda wara l-Mass Meeting li se jkun indirizzat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
//= $special ?>