Rugby

Illum tiftaħ id-disa’ edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja

Illum fil-Ġappun jingħata bidu għad-disa’ edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby, manifestazzjoni li ssir kull erba’ snin u li qiegħda dejjem tikber fl-importanza tagħha fejn tkun fost l-avvenimenti prinċipali tal-kalendarju sportiv.
L-ewwel edizzjoni kienet saret fl-1987 u kienet intrebħet minn New Zealand, li rebħu wkoll l-aħħar żewġ edizzjonijiet dawk tal-2011 u l-2015.
L-Awstralja u l-Afrika t’Isfel rebħu din il-kompetizzjoni darbtejn kull wieħed, filwaqt li l-Ingilterra rebħu l-edizzjoni tal-2003.
L-20 pajjiż finalista kienu maqsuma f’erba’ gruppi kif ġej:
Grupp A
Ġappun, Irlanda, Skozja, Russja, Samoa.
Grupp B
New Zealand, Afrika t’Isfel, Italja, Namibja, Kanada.
Grupp Ċ
Ingilterra, Franza, Arġentina, Stati Uniti, Tonga
Grupp D
Awstralja, Wales, Georgia, Fiji, Urugwaj
L-ewwel tnejn minn kull grupp jgħaddu għal kwarti finali.