Lokali

AĠĠORNATA: Ir-raba’ salvataġġ ta’ immigranti f’ġimgħa

Photo: Médecins Sans Frontières

Ir-raba’ salvataġġ ta’ immigranti din il-ġimgħa, għaddejjin bħalissa fl-ibħra Maltin fejn bħalissa hemm patrol boat fit-triq biex tiltaqa’ mal-Oċean Viking fejn bħalissa hemm 36 persuna fil-periklu.

Kelliem għall-AFM qal li Malta kienet lesta tieħu dawk il-vapuri tal-Oċean Viking li kienu rkuprati fiż-żona ta’ tfittxija u salvataġġ tal-pajjiż madankollu, hemm 218 persuna b’kollox fuq id-dgħajsa.

Sadanittant fuq il-midja soċjali s-Sea Watch qed jirrapportaw li hemm mat-80 immigrant fuq dgħajsa li qed tgħereq fl-ibħra Maltin. Huma saħqu li l-persuni m’humiex lebsin tagħmir tas-salvataġġ u għandhom bżonn l-għajnuna immedjata.

Din il-ġimgħa diġà seħħew tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fejn madwar 196 persuna inġiebu Malta. (56 il-Ħamis, 45 l-Erbgħa, 95 it-Tlieta)

Nhar it-Tnejn ser tkun qed issir laqgħa bejn il-Ministri tal-Intern fejn ser jiddiskutu il-kriżi tal-imigrazzjoni,