Internazzjonali

Jisparixxi ajruplan minn fuq ir-radar

Bħalissa għaddejja tfittxija intesiva wara li ajruplan sparixxa minn fuq ir-radar viċin il-kosta New South Wales, l-Awstralja.

L-aħħar li dan l-ajruplan deher fuq ir-radar kien fil-punent ta’ Coffs Harbour fuq il-kosta tat-tramuntana New South Wales.

Il-Pulizija ġew avżati li l-ajruplan kien nieqes għall-ħabta tal-11.45am
nhar il-Ġimgħa ħin tal-Awstralja. L-aħħar komunikazzjonijiet li saru kienu għall-ħabta tas-7.30am.

Għadu mhux magħruf kemm kien hemm nies abbord.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.