Xejn ġdid. Nistaqsu għadd ta’ mistoqsijiet lill-Ministri u ma jwieġbu xejn. Din id-darba kien imiss lill-Ministru Konrad Mizzi, li affaċċjajnih b’numru ta’ domandi dwar l-Air Malta.
Staqsejnih l-ewwel dwar kemm swiet lill-poplu Malti l-ispiża għall-kiri ta’ ajruplani mill-Air Malta wara li grazzi għall-inkompetenza tal-Ministru, il-linja Nazzjonali spiċċat bi skeda impossibbli għall-flotta tagħha.
Iżda l-Ministru wieġeb biss li jrid jiċċekkja kemm ġiet din l-ispiża.
Pruvajna mbagħad nistaqsuh kemm swiet id-deal li ffirma dan l-aħħar mal-klabb Ingliż ta’ Manchester United.
Hawn ukoll, reġa’ ma weġibx. Anzi qalilna li għamel ftehim mal-klabb Ingliż li ma jiġux żvelati d-dettalji ta’ dan il-ftehim.
U meta mbagaħd staqsejnih dwar il-problemi finanzjarji tal-Air Malta, reġa’ ma weġibx, u għaldarboħra ħa l-opportunità biex jitfa’ l-ħtija fuq il-ħaddiema tal-linja nazzjonali.
Sadanittant, wara li Mizzi kien għamel karriera sħiħa jaħrab lill-media, issa l-istess Ministru, li qed jasspira li jieħu post Jospeh Muscat fit-tmexxija tal-Partit Laburista, u konsegwentemenet bħala Prim Ministru tal-pajjiż, qed isejjaħ konferenza tal-aħbarijiet kważi kuljum.
Dan minkejja li Joseph Muscat ftit tal-jiem ilu ġibed widnejn diversi Ministri u deputati, fosthom Konrad Mizzi u Ian Borg, u qallhom iżommu r-riedni fuq dik li hi l-kampanja tagħhom ghat-tmexxija tal-Partit Laburista.
//= $special ?>