Omm miżżewġa identifikat lilha nfisha bħala waħda mill-ħaddiema li taw lil Cristiano Ronaldo burgers meta kien jittallab għall-ikel bħala tifel.
L-attakkant ta’ 34 sena ta’ Juventus nieda appell biex isib il-misteru tal-impjegati ta’ McDonald’s fosthom dik li hu sejjaħ Edna waqt intervista ta ‘ITV ma’ Piers Morgan.
Huwa fakkar kif hu u żgħażagħ oħra fiż-żmien meta kien ma’ Sporting Lisbon fil-Portugall, kienu ta’ spiss iħabbtu fuq il-bieb tal-McDonald’s ħdejn l-istadium, u jingħataw l-ikel minn Edna u “żewġ tfajliet oħra”.
Il-ħames darbiet rebbieħ tal-Ballon d’Or qal li jixtieq jistieden lit-trio lejn Turin jew Lisbona jekk b’xi mod jirnexxielu jsibhom.
Fl-aħħar ħinijiet, Paula Leca ressqet biex tgħid li kienet waħda mit-tliet nisa, u li bil-ferħ taċċetta l-istedina tal-istilla tal-futbol.
Hija qalet lill-istazzjon tar-radju Portugiż Renascenca: “Huma kienu jiġu quddiem ir-restorant u meta kien jifdal hamburgers konna nitolbu permess m’għand il-maniġer tagħna biex nipprovdu l-ikel lil Cristiano Ronaldo u sħabu kollha.
“Kont għidt lil ibni dwar dan imma ħaseb li nivvinta għaliex ma setax jimmaġina li ommu qatt kienet tat burgers lil Cristiano Ronaldo.
“Huwa umoristiku li tmur lura għal xi ħaġa li ġrat tant ilu pero dan juri l-umiltà tiegħu. Almenu issa n-nies jafu li din ma kinitx invenzjoni”
Sfortunatament, Paula tilfet il-kuntatt mal-ex-imgħallem tagħha Edna.
Ronaldo ġie mfaħħar din il-ġimgħa wara l-intervista tiegħu ma’ Morgan fejn żvela li jissielet mal-fama u l-memorja ta’ missieru.
It-telespettaturi faħħru lil Ronaldo talli kien onesti, umli u deher b’saqajh mal-art tul l-intervista.
Il-plejer tal-futbol jitħallas madwar 500,000 Ewro fil-ġimgħa, u għandu l-ikbar ammont ta’ segwaċi fuq Instagram fid-dinja.
Ronaldo li hu rrapurtat li jiswa 500 miljun Ewro, qal ukoll li hemm biss erba ‘persuni fid-dinja li jafda kompletament.
//= $special ?>