Internazzjonali

L-Awstralja: Ħatja dwar kumplott għall-qerda ta’ ajruplan

Żewġt aħwa b’rabtiet mal-grupp terroristiku ISIS kienu kundannati (fl-Awstralja) b’konnessjoni ma’ kumplott għall-qerda ta’ ajruplan li kellu jsir permezz ta’ bomba moħbija.

Wieħed mill-ikkundannati, Mahmoud Khayat, kien qed jippjana biex iwaqqa’ l-ajruplan waqt titjira minn Sydney għal Abu Dhabi. Il-każ imur lura għal Lulju tal-2017, u meta Khaled Khayat, li jiġi ħu l-imputat, kien diġà nstab ħati dwar l-istess akkuża f’Mejju li għadda. Iż-żewġt aħwa insistew li huma innoċenti mill-akkużi miġjuba kontra tagħhom.

Il-pjan terroristiku falla meta l-bagalja bil-bomba ġo fiha ma għadditx mis-sistema taċ-check-in tal-ajruport minħabba li l-piż kien jaqbeż il-limitu stabbilit.

Intant, il-prosekuturi qalu li l-aħwa Khayat kienu qed jaħsbu ‘speċifikament’ biex jeqirdu l-ajruplan b’400 passiġġier — u meta l-pjan kien qed jibbaża fuq ‘splussivi ta’ tip militar moħbija ġo magna għall-ikkapuljat’.

Wara li fallielhom l-attentat, l-istess żewġt irġiel kienu anki ppjanaw attakk bil-gass kimiku fil-belt ta’ Sydney. Huma kienu arrestati ħdax-il jum wara l-inċident fl-ajruport.

Mahmoud u Khaled Khayat jistgħu jeħlu sentenzi ta’ ħabs għal għomorhom – bis-sentenzi se jkunu kkonfermati aktar ’il quddiem.