L-aġenzija tal-Interpol indikat ’il fuq minn għaxar suspettati terroristi barranin’ li qasmu l-Mediterran, bir-rapport partikulari jsegwi skrutinju li dam għaddej għal sitt ġimgħat.
Dan meta l-organizzazzjoni tal-pulizija internazzjonali wettqet ’il fuq minn 1.2-il miljun tfittxija fil-portijiet ta’ sitt pajjiżi, bejn l-24 ta’ Lulju u t-8 ta’ Settembru.
Is-sorsi żvelaw li Operation Neptune II ikkonċentra fuq rotot tat-turisti attivi bejn l-Afrika ta’ Fuq u n-Nofsinhar tal-Ewropa, bil-ħidma tirriżulta ‘f’avvanzi fl-investigazzjoni’.
L-Interpol użat id-database vast tagħha biex tfittex sinjali ta’ attività illegali bħal serq ta’ dokumenti għall-ivvjaġġar u vetturi. Intant, l-uffiċjali mill-Alġerija, Franza, l-Italja, il-Marokk, Spanja u t-Tuneżija wettqu t-tfittxijiet f’seba’ portijiet fiz-zona indikata.
//= $special ?>