Lokali

AĠĠORNATA: Persuna feruta f’inċident fl-ajruport

Ritratt: Malta International Airport plc

Skont informazzjoni li kiseb NET News, jidher li għall-ħabta tas-6am fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta seħħ inċident bejn żewġ vetturi fejn wieħed mis-sewwieqa safa ferut.

Jidher li kowċ tal-Aviaserv u vettura tal-AirMalta għal xi raġun ħabtu f’xulxin bil-konsegwenza li s-sewwieq sofra xi ġrieħi ħfief.

Il-persuni involuti ġew ikkurati f’poliklinika fil-viċin, u wieħed minnhom inżamm għall-osservazzjoni.