‘Li Stajt Nagħżel Jien’ – kantata minn Rachel Lowell, hija l-kanzunetta rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2019.
Kanzuneta b’messaġġ qawwi kontra l-abort u favur il-ħajja sa mill-konċepiment tagħha, bi kliem u mużika ta’ Rita Pace u Mark Spiteri Lucas.
Fit-tieni post klassifikat Danica Muscat bil-kanzunetta ‘Sfumaw’ bi kliem ta’ Emil Calleja Baylis u mużika ta’ Philip Vella.

Amber Grace bil-kanzunetta ‘Ngħix’ klassifikat fit-tielet post. Kanzunetta bi kliem u mużika ta’ Emil Calleja Bayliss u Aldo Spiteri.

Il-premju tat-televoting intrebaħ minn Kevin Cortis li kanta ‘Kif Ma Tismax’ bi kliem ta’ Andrew Vella u mużika ta’ Dominic Cini.

Is-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza kienet preżentata minn Charles Saliba u Christine Amaira b’xandira diretta fuq NET Television u NET OnDemand, finali li apparti ħafna talent lokali u varjat, fiha kantaw 20 kantant u kantanta.
Il-kanzunetti kollha kienu oriġinali u b’lirika bil-Malti.
