Is-sewwieq tal-Formula 1 Robert Kubica ħabbar li hu se jħalli lil Williams fi tmiem dan l-istaġun. Kubica qal dan meta kien qiegħed f’Singapore għal Grand Prix ta’ dan il-pajjiż.
Kubica irritorna fil-Formula 1 ma’ Williams wara li kien weġġa’ serjament tmien snin ilu f’Andorra. F’Novembru li għadda Kubica li għandu 34 sena kien ħabbar li se jirritorna fil-Formula 1 mat-tim ta’ Williams.
Iżda dan żgur ma jistax jitqies bħala ritorn pożittiv għal Robert Kubica u wisq inqas għal Williams fejn is-sewwieq Pollakk kiseb biss punt f’14-il Grand Prix din is-sena.
Kubica qal li xorta waħda jħossu ferm sodisfatt li rritorna fil-Formula 1 fejn wara l-inċident ikrah li kellu, iqis li r-ritorn tiegħu fil-Formula 1 kienet l-ikbar kisba fil-karriera tiegħu.