Koppja ammettiet fil-Qorti li għexet minn fuq il-prostituzzjoni. Carmelo Sammut ta’ 65 sena minn Ħaż-Żabbar u l-mara Ċiniża tiegħu Yanxia ta’ 47 sena ġew ikkundannati sentejn ħabs sospożi għal erba’ snin wara li ammettew ukoll li jamministraw erba’ massage parlours f’diversi nħawi ta’ Malta.
Mill-investigazzjoni rriżulta li fuq il-mowbajl, ir-raġel kellu filmati CCTV bil-klijenti jidhru ċari u dan biex iħajru jużaw is-servizzi tagħhom. Il-koppja kienet immultata wkoll €450 kull wieħed.
L-Ispettur John Spiteri spjega lill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras kif il-pulizija investigaw numru ta’ ilmenti minn residenti Mostin dwar ‘massage parlour’ li seta’ kien qed jopera bħala burdell.
Sadaniitant marbuta mal-każ tressqu wkoll sitt nisa u raġel tressqu l-Qorti akkużati b’reati relatati mal-prostituzzjoni wara li l-Pulizija wettqu numru ta’ rejds fuq għadd ta’ stabbilimenti Ċiniżi tal-massaġġi.
L-investigazzjoni wasslet għal rejds fil-Fgura, f’Birkirkara u anke f’Raħal Ġdid. Ġew arrestati ħames nisa li kienu qed jaħdmu bħala prostituti u l-koppja msemmija li kienet qed timpjegawhom.
Wara li tressqu Carmelo Sammut ta’ u Yanxia bl-Ispettur Spiteri jispjega kif in-nisa setgħu jidhru mit-triq, liebsa b’mod suġġestiv, mill-5.00 p.m. ‘il quddiem, bil-koppja jiġi mixlija wkoll li mexxew burdell, tressqu wkoll ħames nisa Ċiniżi, li l-età tagħhom tvarja bejn 33 u 42 sena. Dawn ġew akkużati li mexxew burdell u tlajjar għall-finijiet ta’ prostituzzjoni. Huma wieġbu mhux ħatja u nżammu arrestati.
Id-difiża f’dan il-każ tmexxiet mill-avukat Joe Giglio.
//= $special ?>