Lokali Sport

RITRATTI: Attivitajiet sportivi f’Jum l-Indipendenza

Attivitajiet sportivi success imtella’ f’Jum l-Indipendenza minn TimSport PN

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jippromwovi l-isport u jagħti s-sostenn tiegħu lill-għaqdiet sportivi.

Dan qalu Ryan Callus, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport, hekk kif f’Jum l-Indipendenza ttellgħu żewġ attivitajiet sportit oħra – ta’ sparar u handball – bil-parteċipazzjoni ta’ numru sabiħ ta’ sportivi.

Dawn kienu fost l-attivitajiet li TimSport PN organizza bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza.

Ma’ NET News, Ryan Callus spjega wkoll l-attivitajiet sportivi li fadal għall-jiem li ġejjin.

Sadanittant, fl-attività tal-isparar ipparteċipaw b’kollox 72 tiratur, kemm fi trap u fid-dritta, filwaqt li fil-kompetizzjoni tal-handball, ipparteċipaw erba’ timijiet tal-irġiel u n-nisa.

Tul l-attivitajiet ta’ Jum l-Indipendenza kien hemm preżenti il-Korindatur Politiku Jean Pierre Debono, id-Deputat Kristy Debono u d-Deputat Ivan Bartolo, li ppreżenta l-unuri tal-handball.

Ritratti: Trevor Sollars