Lokali

“L-Indipendenza hija Festa tal-Maltin kollha” – Adrian Delia

Il-Festa tal-Indipendenza hija festa tal-Maltin kollha u mhux tal-Partit Nazzjonalista.

Dan qalu l-Kap tal-PN Adrian Delia f’attvita politika f’Tas-Sliema mtella’ fi Ġnien l-Indipendenza propju f’Jum il-55 sena ta’ Malta Indipendenti.

Adrian Delia qal li bħala pajjiż irridu nagħmlu qabża politika, fejn infittxu li nħarsu l-identità Maltija. Li nħaddnu magħna l-festa tal-Indipendeza bħala nazzjon sħiħ, għax hija wara kollox il-jum tat-twelid ta’ Malta sovrana.

Il-Kap tal-PN ta radd il-ħajr lill-ħaddiema ta’ Media.Link Communications, tal-Partit Nazzjonalista u kif ukoll lill-voluntiera li għenu biex l-attivitajiet tal-Indipendenza kienu ta’ suċċess.

Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Viċi Kap tal-PN għall-ħidma fil-Partit Robert Arrigo, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli, u kif ukoll l-Ko-ordinatur tal-festi tal-Indipendeza Robert Cutajar, hekk kif tul l-attività kien hemm spettaklu mogħti mir-rebbieħa tal-Festivals tal-Indipendenza u kif ukoll ta’ numru parteċipanti ta’ dan l-istess Festival sinonimu ma’ dawn il-festi.