Terremot ta’ 5.6 fuq l-iskala richter ġie rreġistrat fl-Albanija.
Ma kien hemm l-ebda rapport ta’ vittmi, iżda bini ta’ appartamenti fil-belt ta’ Durres ġie rrappurtat li ġarrab ħsarat kbar.
It-terremot seħħ f’Tirana fis-4.04pm ħin tal-post b’fond ta’ 26km. It-theżżiż inħass minn numru ta’ pajjiżi fost l-oħrajn fl-Italja u l-Greċja.
Mhux magħruf jekk hemmx xi feruti jew ħsara strutturali f’numru ta’ binjiet, iżda ħafna nies irrappurtaw li ħassew il-bini ta’ madwarhom jiċċaqlaq b’saħħa kbira b’kawża tat-terremot.
//= $special ?>