Futbol Sport

Valletta lura għar-rebħ

FUTBOL LOKALI – KAMPJONAT PREMIER

BALZAN………………………0

VALLETTA………………….2

Balzan: K. Naumovski, A. Kosoric, N. Sljivic, S. Bezzina (L. Micallef 74’), P. Fenech, A. Effiong, U. Ljobomirac, I. Bozovic, R. Scicluna (R. Scicluna 74’), R. Correa, A. Faria (L. Montebello 57’)

Valletta: H. Bonello, S. Borg, B. Kaljevic (K. Nwoko 82’), S. Dimech, J. Borg, E. Pena Beltre, J. Zerafa, R. Muscat (Y. Messaias 78’), I. Dzaria, M. Fontanella, K. Tulimieri (N. Pulis 69’)

Imwissija: N. Sljivic 20’, I. Bozovic 59’ (B) R. Muscat 34’, J. Borg 44’, J. Zerafa 61’ (V)

Skorjaw: B. Kaljevic 28’, I. Dzaria 76’ (V)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Alan Camilleri, Luke Portelli

Il-Mument Plejer tal-logħba: Joseph Zerafa (Valletta)

BOV Plejer tal-logħba: Mario Fontanella (Valletta)

Attendenza: 1,509

Wara bidu ħażin dan l-istaġun, Valletta reġgħu sabu posthom ma ta’ fuq meta għelbu lil Balzan 2-0 li min-naħa tagħhom naqsu milli jirbħu għat-tieni logħba konsekuttiva, fattur li jħallihom f’nofs il-klassifika wara erba’ logħbiet.

Valletta fetħu l-iskor fit-28 minuta meta Mario Fontanella daħal tajjeb fil-kaxxa u għadda lejn BOJAN KALJEVIC li kien f’nofs l-kaxxa u fuq il-ġrija spara fix-xibka kontra l-eks team tiegħu, fattur li ma żammux milli jiċċelebra l-goal tiegħu.

Kevin Tulimieri resaq viċin fid-39 minuta meta minn pożizzjoni angolata prova jirdopjja l-vantaġġ iżda falla l-mira bi ftit u ra t-tentattiv tiegħu jaħbad max-xibka minn barra.

Fit-42 minuta Balzan setgħu ġabu d-dro iżda Henry Bonello dawwar f’korner it-tentattiv ta’ Ricardo Correa Duarte hekk kif dan tal-aħħar irnexxielu jidħol fil-kaxxa iżda kien pressat tajjeb mid-difensuri Beltin li għamluha diffiċli għall-Urugwajan biex jikkonkludi kif ried.

It-tim ta’ Darren Abdilla skorja t-tieni gowl kwarta mit-tmiem meta wara korner, id-difiża ta’ Balzan naqset milli tbiegħed il-periklu, il-ballun spiċċa għand IRAKLI DZARIA li xeħet ġewwa.

Bojan Kaljevic kien żmarkat tajjeb fil-81 minuta iżda waħdu quddiem Naumovski falla ċans tad-deheb hekk kif il-goalkeeper ta’ Balzan kien attent.

Tliet minuti mit-tmiem, Shaun Dimech kellu x-xutt tiegħu salvat tajjeb fil-baxx mill-goalkeeper ta’ Balzan.