Futbol Sport

Faċli għall-Ħamrun kontra Sirens

Ħamrun S……..4 Sirens…………..0

Kontra kull mistenni kienet rebħa faċli għall-Ħamrun Spartans kontra t-tim sorpriża tal-istaġun Sirens. Wara li għadhom kemm ġejjin minn rebħa kontra Hibernians, wieħed stenna aktar mit-tim ta’ Steve D’Amato. Sirens ħarġu tajjeb ferm iżda marru l-baħar wara li sofrew l-ewwel gowl.

Bidu tajjeb għat-tim ta’ San Pawl u fl-14 -il minuta xutt fil-baxx ta’ Emmanuel Okoye kien salvat tajjeb minn Jean Claude Debattista. Minuta wara Ħamrun wieġbu b’xutt ta’ Jorge Soares li ħabat max-xibka minn barra, u ftit wara xutt ieħor tal-istess player, dawwar f’korner il-goalkeeper David Cassar.

Fil-21 minuta Nicola Leone qassam lil Wilfred Domoraud bix-xutt ta’ dan jiġi mblukkat minn Cassar u wara mid-difiża ta’ Sirens. Fid-29 minuta Ħamrun marru fil-vantaġġ, meta Lagzir Soufiane seraq il-ballun lil Adrian Borg, baqa’ javvanza u b’xutt fil-baxx għeleb lil Cassar. Fil-45 minuta l-iSpartans skurjaw it-tieni gowl tagħhom, meta Soufiane għadda l-ballun lil Wilfried Domoraud dan evita l-ħarġa ta’ Cassar u tefa f’lasta vojta.

Fit-58 minuta Sirens kienu sfurtunati li ma naqsux l-iskor meta Wellington De Oliveira kompla lejn Manuel Angel Bustos li xutt b’saħħtu tiegħu stampa mal-lasta Ħamruniża.

Fis-66 minuta Ħamrun għamlhom tlieta,u kien Nicole Leone li qabeż żewġ difensuri u b’xutt fil-baxx għamel l-iskor 3-0. Sitt minuti mit-tmiem l-iSpartans issiġġillaw ir-rebħa b’xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa ta’ Lagzir Soufiane li għeleb għal kollox lil Cassar.

HAMRUN Jean Claude Debattista, Triston Caruana, Ailton Jorge Soares (79′ Bradley Schembri), Wilfried Domoraud (83′ Ryan Darmanin), Clayton Failla, Nicola Leone, Soufiane Lagzir (86′ Christopher Galea), Marco Criaco, Karl Micallef, Orestis Nikolopoulos, Mattia Cinquini

SIRENS David Cassar, Wellington de Oliveira, Sergio Raphael dos Anjos Raphael, Emmanuel Okoye, Siraj Arab Eddin (82′ Russell Fenech), Angel Manuel Bustos, Adrian Borg, Ige Abdullahi Adeshina (63′ Ryan Grech), Ezequiel Cesani (70′ Luke Sciberras), Thiago Espindola de Paula, Flavio Cheveresan.

Referee: Philip Farrugia
Assistant Referees: Jurgen Spiteri, James Muscat
Raba Uffiċjal: Alan Mario Sant
Karti Sofor: Cinquini, Cesani, Bustos
BOV Plejer tal-Partita: Nicola Leone