Futbol Sport

Gudja jiksbu r-raba’ draw infila fil-kampjonat wara li spiċċaw 1-1 kontra Sliema

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Sliema W…………..1

Gudja Utd…..…….1

It-tim ġdid promoss ta’ Gudja United kiseb ir-raba draw konsekuttiv fil-kampjonat Premier fi draw ta’ 1-1 kontra Sliema Wanderers li għadhom ifittxu l-ewwel rebħa bħaal Gudjani. Madankollu Sliema għad għandhom żewġ punti wara erba’ partiti wara żewġ telfiet u żewġ draws.

Wara biss sitt minuti logħob Sliema marru viċin fejn minn kross ta’ Juri Cisotti, iżda, Jean Paul Farrugia naqas li jikkonkludi għal ġewwa minn taħt il-lasta. Gudja wieġbu man-nofs siegħha logħob meta tefgħu kollox fuq l-attakk, u kien Rundell Winchester li baqa’ javvanza fuq il-lemin iżda x-xutt finali tiegħi ġie imdawwar f’korner minn Jake Galea.

Żewġ minuta wara xutt ieħor ta’ Winchester, u Galea reġa’ salva. Fl-34 minuta azzjoni personali ta’ Sow Seydou pero’ d-difiża tal-Gudja timblokka f’korner. Ftit qabel il-mistrieħ korner għall Gudja li ngħata minn Aidan Jake Friggieri u daqqa ta’ ras ta’ Hubert Vella ġiet imdawwra f’korner ieħor mid-difiza Slimiża.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, free-kick għal Sliema mogħti minn Juri Cisotti u jsalva Aquilina, u ftit minuti wara xutt ta’ Carlos Santana għal Gudja spiċċa ftit barra.

Sliema marru fil-vantaġġ mas-siegħa logħob meta s-sostitut CLAUDIO ZAPPA b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa għeleb għal kollox lil Timothy Aquilina, iżda tliet minuti biss wara Gudja kisbu l-gowl tad-draw.

Winchester sab lill-ex AIDEN JAKE FRIGGIERI u dan minn qagħda tajba tefa’ l-ballun wara Galea. Fid-90 minuta wara azzjoni ta’ free-kick għal Gudja t-tenattiv mil-viċin ta’ Zachary Cassar ġie salvat b’diffikulta’ mill-gowlkiper Jake Galea. 

SLIEMA Jake Galea, Michele Sansone, Antonio Stelitano, Kurt Shaw, Mark Scerri (54′ Edmond Agius), Juri Cisotti, Juan Cruz Gill, Seydou Sow (46′ Claudio Zappa), Stanimir Miloskovic, Claudio Pani, Jean Paul Farrugia.

GUDJA Timothy Aquilina, Jonathan Bondin, Zachary Cassar, Aidan Friggieri (77′ Peter Paul Sammut), Rundell Winchester, Alexandre Santana, Gabriel Mensah (83′ Dylan Grima), Anderson de Barros (88′ Llywelyn Cremona), Hubert Vella, Juan Andres Bolanos, Justin Grioli.


Referee: Alex Johnson
Assistant Referees: Duncan Sultana, Darko Stankovic
Raba Uffiċjal: Fyodor Zammit
Karti Sofor: H. Vella, Serri, Mensah, Pani, Stelitano
BOV Plejer tal-Partita: Rundell Winchester